Qabad u gidem tfajla fuq tal-linja; 16-il xahar ħabs

Żagħżugħ ta’ 25 sena nbtagħat 16-il xahar ħabs wara li ammetta li ħebb għal tfajla li kienet passiġġiera fuq tal-linja nhar it-Tlieta li għadda.
Iż-żagħżugħ, Somalu, li allegatament kien fis-sakra, beda jaqbad lit-tfajla li kienet bilqiegħda quddiemu u pprova jbusha.
Meta wriet reżistenza u mbuttatu minn fuqha, l-akkużat gidimha. Hi weġġgħet ħafif.
Is-Somalu kien akkużat ukoll li sforza lit-tfajla b’mod indiċidenti u li kien reċediv.