Q&A: Għandek għax tinkwieta minħabba l-liġi tal-ugwaljanza?

Read in English.

Huwa tajjeb li kulħadd ikun stmat l-istess u b’mod ugwali. Allura għaliex ħafna għaqdiet qed jipprotestaw kontra ż-żewġ abbozzi quddiem il-Parlament li qed iwiegħdu li jġibu aktar ugwaljanza?

  • Ipprotestaw it-tobba, nies fil-professjoni medika, edukaturi, l-Isqfijiet, ġenituri li wliedhom imorru fl-iskejjel tal-Knisja u oħrajn?
  • Dawn favur id-diskriminazzjoni jew qed jipprotestaw għax jibżgħu li kif inhi mfassla l-liġi se toħloq aktar diskriminazzjoni?
  • Għaliex? Għandhom raġun?

Il-Ħamis fl-4pm fuq Newsbook.com.mt waqt il-programm Newsbook Q&A, il-Prim Imħallef Emeritu u eks Imħallef tal-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem Vincent De Gaetano jwieġeb il-mistoqsijiet ta’ Fr Joe Borg dwar dan is-suġġett.