Putin jitfa’ lil Microsoft ‘il barra mir-Russja

Il-President Russu Vladimir Putin ordna li l-prodotti ta’ Microsoft ma jibqgħux jintużaw fir-Russja u ħeġġeġ kemm lill-istat u anke lill-privat biex inaqqsu d-dipendenza fuq teknoloġija barranija.
Fil-kapitali Moska l-Microsoft diġà mhux qed jintuża fl-uffiċini tal-Gvern u minflok qed tintuża teknoloġija Russa.
Ir-Russja se tkun qed tipprojbixxi wkoll l-użu ta’ LinkedIn, network ibbażat l-Istati Uniti li Microsoft tinsab fil-proċess li tixtri.
Sorsi Russi li tkellmu ma’ midja barranin qalu li Putin qed jipprojbixxi l-użu ta’ Microsoft għax din hija l-akbar kumpanija Amerikana fil-qasam tat-teknoloġija tal-informatika.
Qal ukoll li kien faċli li n-nies ikunu konvinti li din il-kumpanija taħdem id f’id mal-Gvern Amerikan għal spjunaġġ.
Min-naħa tagħha Microsoft ċaħdet dan u qalet li qatt ma ħadmet għall-interess tal-ebda Gvern.