Putin jiddefendi l-attakki mill-ajru tar-Russja

Il-President tar-Russja Vladimir Putin iddefenda l-ħidma militari tar-Russja fis-Sirja, u qal li l-għan hu li “tkun stabbilita l-awtorità leġittima” tal-President Bashar al-Assad.
Fuq l-istazzjon nazzjonali tar-Russja, Putin qal li Moska trid ukoll toħloq kundizzjonijiet għal kompromess politika fis-Sirja.
Ċaħad ukoll li l-attakki mill-arju Russi qed jolqtu gruppi tal-oppożizzjoni moderati minflok militanti tal-Istat Iżlamiku.