Putin iwiegħed li jnaqqas il-faqar bin-nofs fir-Russja

Il-President tar-Russja, Vladimir Putin qal li mistenni jnaqqas bin-nofs il-faqar fir-Russja sal-2024, jekk jerġa’ jiġi elett.
Dan qalu waqt li kien qed jindirizza n-nazzjon f’Moska bl-aħħar diskors tiegħu qabel l-elezzjoni ġenerali li se ssir 17-il ġurnata oħra, fejn mistenni jerġa’ jirbaħha.
Fid-diskors tiegħu, Putin qal li jrid iżid ukoll l-impjiegi u saħaq li kull persuna għandha titqies importanti.
Putin mistenni jaffaċċja seba’ avversarji li għaldaqstant mhumiex mistennija jattiraw daqshekk lill-votanti.
L-avversarju prominenti ta’ Putin, Alexei Navalny, il-Kap tal-Oppożizzjoni ma tħalliex joħroġ għall-elezzjoni u għaldaqstant talab lill-votanti jibbojkottjawha.