Putin iħassar 90% tad-dejn ta’ Kuba

Il-President Russu Vladimir Putin għadda digriet li permezz tiegħu ġew ikkanċellati madwar 31 biljun dollaru dejn li l-Gvern ta’ Kuba kellu ma’ dak Russu.
Dan l-ammont huwa 90% tad-dejn kollu li Kuba riedet trodd lura.
Din id-deċiżjoni waslet ftit tal-ħin qabel ma’ Putin beda żjara uffiċjali f’Havana fejn il-Gvern ta’ Kuba se jgħaddi pagament biex irodd lura d-dejn li baqa’.
Għaldaqstant dawn il-flus se jitpoġġew f’fond appost li permezz tiegħu ir-Russja se terġa tinvesti f’din il-ġżira fil-baħar Atlantiku.