Putin b’tama għall-waqfien mill-ġlied mal-Ukraina

Il-President Russu Vladimir Putin qal li hemm tama li ma jdumx ma’ jintlaħaq ftehim mill-ġlied mal-Ukraina.
Vladimir Putin kellu taħdidiet f’Moska mal-President Franċiż Francois Hollande, b’dan tal-aħħar ikun l-ewwel mexxej tal-Punent li żar ir-Russja sa mill-bidu tal-kriżi aktar kmieni din is-sena.
Ftehim ta’ waqfien mill-ġlied kien iffirmat f’Settembru iżda dan ma kienx segwit b’mod konsistenti.
Ir-Russja hi rrabjata bis-sanzjonijiet imposti mill-Punent fir-rigward tar-ribelli favur ir-Russja li jinsabu fil-lvant tal-Ukraina.
Il-President Hollande għamel waqfa li ma kinitx skedata fl-ajruport ta’ Vnukovo u skont Vladimir Putin huma ddiskutew fit-tul dwar deċiżjoni li hemm bżonn tittieħed għall-waqfien mill-ġlied.