Purċissjoni bil-Bambin fil-Qrendi; Toroq magħluqin

Il-Mużew tas-Subien tal-Qrendi se jorganizza d-dimostrazzjoni tal-Bambin nhar lejlet il-Milied fil-5.30pm.
Wara l-purċissjoni jsegwi programm ta’ priedki u kant fil-Knisja Parrokjali.
Il-Pulizija avżat li dawn it-toroq se jkunu magħluqin bejn l-4pm u 9pm.
Triq Luigi Pace, Triq Antonio Chircop, Triq Fulija, Triq il-Vjatku, Triq Soubirous, Triq Santa Bernardetta, Triq Pirinej, Triq Massabielle, Triq Nicolo Communet, Triq Ġużeppi D’Arena, Triq Rokku Buhagiar, Triq il-Kbira, Triq il-Parroċċa, u viċin il-Knisja.
Avżat ukoll li karozzi li jkunu pparkjati f’dawn it-toroq f’dawn il-ħinijiet jiġu rmunkati.