Punch mingħajr alkoħol

Riċetta u ritratt: Tanya Zammit

Ingredjenti

125g zokkor

300ml ilma

300ml meraq frisk tal-larinġ

600ml te kiesaħ magħmul minn żewġ boroż tat-te

2 weraq nagħniegħ

Slajsis tal-larinġ, lumi u tuffieħ

300ml ginger ale

silġ imfarrak

Metodu

Agħmel it-te mill-boroż tat-te u ħalli jiksaħ sew.

F’kazzola fuq in-nar dewweb iz-zokkor. Ħalli jiksaħ imbagħad ferragħ f’buqar.

Żid il-meraq tal-frott, il-weraq tan-nagħniegħ, it-te, is-slajsis tal-frott u s-silġ imfarrak.

Meta sservi ferragħ ġo tazzi twal u fil-wiċċ agħmel silġ imfarrak u kompli bil-ginger ale.

Ir-riċetta hi biżżejjed għal 8 minn nies.