Pulse taqbel li tinżel l-età tal-kunsens sesswali

L-għaqda studenteska Pulse tgħid li taqbel li l-età tal-kunsens sesswali għandha tonqos għal 16-il sena. 
Pulse targumenta li ta’ dik l-età, iż-żgħażagħ huma diġà maturi biżżejjed biex jieħdu ċertu deċiżjonijiet dwar il-ħajja privata tagħhom. 
Semmiet li minkejja f’Malta hu meqjus illegali li jkollok x’taqsam sesswalment taħt it-18-il sena, Pulse rrimarkat li ta’ 16 u 17-il sena, il-liġi tippermetti li ż-żgħażagħ jistgħu jiftħu kont il-bank, jiżżewġu kif ukoll jidhru quddiem il-Qorti b’responsabiltà daqs tal-adulti. 
Għalhekk, Pulse qed issostni li l-fiduċja fiż-żgħażagħ ta’ 16 u 17-il sena għandha tkun f’kull aspett u dan biex verament issir ġustizzja soċjali.