Pulpetti tal-Brunġiel

Riċetta ta' Karmen Tedesco
Temperatura tal-forn: 180C
Ingredjenti:

  • 800gr brunġiel
  • Bajda
  • 50-75gr frakk tal-ħobż  ismar
  • 2 mgħaref ġobon maħkuk jew ġbejniet maħkuka
  • 2 mgħaref tursin imqattgħa
  • Sinna tewm
  • Zalza tat-tadam biex isservi

Metodu:
1.    Poġġi l-brunġiel ġo dixx tal-forn u sajjarhom għal 45 minuti.
2.    Qatta‘ l-qalba biċċiet u magħha żid il-frakk tal-ħobż, il-bajda, l-ġobon jew ġbejniet, it-tursin u sinna tewm misħuqa.
3.    Ħawwad kollox flimkien b‘furketta sakemm l-ingredjenti jitħaltu sew.
4.    Ħu porzjonijiet bil-molla tal-ġelat u tifforma pulpetti.
5.    Poġġihom fuq tilar tal-forn ftit mbegħdin minn xulxin.
6.    Sajjar ġo forn li tkun saħħant minn qabel għall 35 minuta.
Għal aktar riċetti segwi l-programm Ta' Kulħadd ma' Christine Delicata kuljum bejn id-9am u nofsinhar u l-programm Insellimlek ma' Sonia Young kuljum bejn it-3pm u l-4:30pm fuq RTK