Pulpetti fiz-Zalza

Riċetta ta' Karmen Tedesco
Ingredjenti:

  • 400gr kapuljat tat-tiġieġ
  • 50gr frak tal-ħobż
  • Bajda
  • 3 sinniet tewm
  • 50gr basal
  • Mgħarfa ġobon maħkuk
  • Mgħarfa Worcestershire
  • Nofs kuċċarina ħabaq
  • 300gr għaġin
  • 4 sinniet tewm
  • Mgħarfa żejt taż-żebbuġa
  • 800gr tadam
  • 100ml nbid aħmar
  • Weraq tat-tursin

Metodu:
1. Ħallat flimkien il-kapuljat, il-frak tal-ħobż, il-bajda, t-tewm, il-basla, l-ġobon maħkuk, iz-zalza u l-ħabaq. Ħu porzjonijiet mit-taħlita, rembilhom f‘forma ta‘ ballun żgħir u poġġihom fuq tilar tal-forn.
2. Sajjarhom għal 35 minuta. F‘kazzola sajjar it-tewm fiż-żejt taż-żebbuġa. Żid it-tadam.
3. Sajjar fuq nar moderat. Żid l-inbid, u sajjar għal 40 minuta. Żid il-pulpetti u kompli sajjar għal 20 minuti oħra.
4. Sajjar l-għaġin u miegħu żid il-pulpetti u z-zalza. 

Segwi aktar riċetti fuq il-programm Ta' Kulħadd ma' Christine Delicata kuljum bejn id-9am u nofsinhar u l-programm Insellimlek ma' Sonia Young kuljum bejn it-3pm u l-4:30pm fuq RTK