Pulpetti fil-forn

Ingredjenti

kikkra frak tal-ħobż tal-pakketti

35g ġobon Romano maħkuk

2 mgħaref tursin imqatta’ rqiq

nofs kuċċarina melħ

nofs kuċċarina bżar iswed mitħun

nofs kuċċarina trab tat-tewm

biċċa basla mqattgħa rqiqa ħafna

nofs kikkra ilma

2 bajdiet

700g kapuljattaċ-ċanga

Metodu

Saħħan il-forn għal 175˚Ċ (350˚F)

Ħallat flimkien il-frak tal-ħobż, il-ġobon Romano, it-tursin, il-bżaru l-melħ, it-trab tat-tewm u l-basla. Għaqqad flimkien bil-bajd u l-ilma. Żid l-ikkapuljat u ħawwad tajjeb.

Ifforma blalen bit-taħlita u poġġi fuq karta tal-forn.

Aħmi fil-forn għal madwar 30 minuta sakemm il-pulpetti jieħdu kulur kannella.

Tista’ sservihom biz-zalza tat-tadam u xi tip ta’ għaġin, bħal spagetti, eċċ.