Pulpetti fil-forn bil-mozzarella u z-zalza tat-tadam

Ingredjenti

45g basal imqatta’

60g frak tal-ħobż tal-pakkett

3 mgħaref ġobon maħkuk

450g ikkapuljat taċ-ċanga

ħobża ta’ 450g imqattgħa fi slajsis ta’ 3ċm

260g ġobon artab kremuż

60g mayonnaise

½ kuċċarina bżar

260g mozzarella mqattgħa biċċiet żgħar

3 kikkri zalza tat-tadam

2 irjus tat-tewm mitħuna

Metodu

F’bieqja kbira ħallat il-basal, il-frak tal-ħobż u l-ġobon maħkuk. Żid l-ikkapuljat u ħallat sew. Ifforma fi blalen żgħar, agħmilhom fuq  tilar baxx tal-forn u sajjar għal 15-20 minuta f’temperatura ta’ 200˚Ċ (400˚F).

Sadattant poġġi l-ħobż f’dixx u iksi l-qiegħ bih. Ħallat flimkien il-ġobon artab kremuż, il-mayonnaise u l-bżar. Ferrex it-taħlita fuq il-ħobż u fl-aħħar ferrex  nofs il-mozzarella fil-wiċċ.

Ħallat flimkien iz-zalza tat-tadam u t-tewm. Żid il-blalen tal-laħam. Ferragħ fuq it-taħlita tal-ġobon u fil-wiċċ itfa’ l-kumplament tal-mozzarella.

Sajjar fil-forn bla ma tgħatti għal madwar 30 minuta f’temperatura ta’ 170˚Ċ (350˚F).