Pulpetti bil-qarabagħli u l-pastard

Ingredjenti

600g pastard (mingħajr iz-zokk u mnaddfa)

1 ras ta’ tewma mgħaffġa

1 basla żgħira mqattgħa fina

q qarabagħli maħkuka

130g ġobon maħkuk

260g dqiq self-raising

2 bajdiet ftit imħabbta

¾ ta’kikkra ilma

ftit żejt taż-żebbuġa

Metodu

Għaddi l-pastard minn food process sakemm isiru biċċiet żgħar.

Ittrasferixxi f’bieqja ftit kbira u żid il-basal, it-tewm, il-qarabagħli u l-ġobon maħkuk. Agħrbel id-dqiq fuq kollox u ħawwad.

Roxx ftit bżar u melħ, il-bajd, kwart mill-ilma u ħawwad biex tgħaqqad flimkien l-ingredjenti ta’ ġol-bieqja. Bil-mod il-mod żid il-kumplament tal-ilma sakemm ikollok taħlita magħquda sew.

Saħħan taġen biż-żejt taż-żebbuġa fih. B’mgħarfa itfa’ ftit ftit mit-taħlita biex tifforma l-pulpetti. Aqlihom 5 minuti fuq kull naħa sakemm isiru kannella sabiħ.

Servi b’zalza tat-tadam.