Pulpetti bil-basal u l-gravy

Ingredjenti

450g kapuljat taċ-ċanga

1 bajda

60g frak tal-ħobż tal-pakkett

nofs kuċċarina onion powder

nofs kuċċarina garlic powder

1 kuċċarina Worcestershire sauce

1 mgħarfa żejt veġetali

130g basal imqatta’ rqiq ħafna

2 mgħaref dqiq

1 kikkra brodu taċ-ċanga tad-dadi

bżar u melħ

Metodu

F’bieqja kbira lesti l-pulpetti billi tħallat flimkien l-ikkapuljat, il-bajda, il-frak tal-ħobż, l-onion u l-garlic powder, il-Worcestershire sauce u l-bżar u l-melħ. Għandek toħroġ 8 pulpetti.

Saħħan iż-żejt f’taġen fuq nar moderat. Aqli l-pulpetti mal-basal sakemm tara li l-pulpetti jsiru kannella sabiħ, madwar 4 minuti fuq kull naħa. Neħħi l-pulpetti mit-taġen u ħallihom f’ġenb.

Roxx id-dqiq fuq il-basal fit-taġen u ħawwad tajjeb. Żid il-brodu ftit ftit u ħawwar bil-bażar u l-melħ. Tektek fuq in-nar għal 5 minuti sakemm tara li l-gravy jibda jagħqad. Baxxi n-nar, poġġi l-pulpetti fit-taġen li tgħattih u kompli tektek għal madwar 15-il minuta sakemm il-pulpetti jsiru tajjeb.

Servi mal-patata mgħollija jew ma’ ross abjad.