Pullicino Orlando jikkritika lill-President li ma ffirmax il-liġi tal-Unjoni Ċivili

L-eks Membru Parlamentari Nazzjonalista, Jeffrey Pullicino Orlando ikkritika lill-President George Abela għax ma ffirmax il-liġi tal-Unjoni Ċivili.
Fuq Facebook, Pullicino Orlando qal li l-‘President għandu japprezza l-fatt li ma kellu QATT iħalli t-twemmin reliġjuż tiegħu jinfluwenzah.’ Qal li ‘m’għandu l-ebda dritt jimponi t-twemmin tiegħu fuq l-oħrajn.’ Kompla li ‘ħadd ma jagħmel hekk’. 
Dr Pullicino Orlando kien ħadem favur l-introduzzjoni tal-liġi tad-divorzju f’Malta.