Ritratti: Pulizija tat-traffiku fil-periklu tal-mewt wara inċident

Pulizija tat-traffiku jinsab fil-periklu tal-mewt wara inċident li seħħ dalgħodu li kien jinvolvi tliet vetturi.
L-inċident seħħ ħdejn iż-Żona Industrijali ta’ San Ġwann fis-6.05 ta’ filgħodu.
Il-pulizija, li hu residenti San Ġwann, kien involut f’ħabta ma’ karozza misjuqa minn mara ta’ 32 sena minn Birkirkara u anzjan ta’ 69 sena minn Ħal Qormi.
Il-qagħda medika tal-anzjan u tal-mara mhix magħrufa iżda jidher li qed qed isofri biss minn ġrieħi ħfief.
Il-pulizija hu Anthony Galea, missier li ilu pulizija għal snin twal.

Ritratti, CMRU, MDT