Pulizija, żagħżugħ taħt l-età u 3 karozzi oħra f’ħabta f’San Ġiljan

Pulizija mit-taqsima tar-Rapid Intervention Unit iddaħħal l-Isptar isofri minn ġrieħi ħfief wara inċident tat-traffiku li fih kienu nvoluti ħames karozzi.
L-inċident seħħ kmieni matul il-lejl li għadda fi Triq Sant Andrija f’San Ġiljan.
Newsbook.com.mt jinsab infurmat li għall-ewwel kien hemm ħabta bejn żewġ karozzi. Waħda minnhom kienet misjuqa minn raġel ta’ 36 residenti l-Imsida, filwaqt li l-oħra kienet misjuqa minn żagħżugħ li għad għandu biss 17-il sena.
Aktar tard baqgħu deħlin fihom tliet karozzi oħra fosthom il-Pulizija.
Iż-żewġ karozzi kienun misjuqa minn raġel ta’ 31 minn Ħat Attard u l-oħra minn Taljan ta’ 31 sena.
L-isptar iddaħlu l-pulizija u t-Taljan li aktar tard irrifjuta l-kura u ħareġ.