Pulizija żagħżugħ iweġġa’ gravi

Pulizija żagħżugħ qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Ħal Qormi.
L-inċident seħħ fi Triq l-Imdina.
Mill-ewwel informazzjoni jidher li karozza misjuqa minn raġel ta’ 45 sena minn Santa Venera ħabtet mal-mutur tat-Taqsima tat-Traffiku tal-Pulizija.
Konsegwenza ta’ dan il-kuntistabbli waqa’ minn fuq il-mutur.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-Pulizija l-Isptar Mater Dei
L-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja.