Puliżija weġġa’ bil-mutur fil-ħin frank tiegħu

Pulizija Għawdxi weġġa’ meta fil-ħin frank tiegħu kien involut f’inċident tat-traffiku.

Ir-raġel ta’ 35 sena min-Nadur weġġa’ bil-mutur f’Għawdex stess. L-inċident seħħ għal ħabta tas-1.10pm tal-bieraħ fit-triq li miix-Xewkija tagħti għax-Xagħra.

Il-pulizija kien qed isuq il-mutur tiegħu u ħabat ma’ karozza misjuqa minn mara ta’ 32 sena min-Nadur.

Ir-raġel ingħata l-ewwel għajnuna minn persuni oħra li kienu fuq il-post. Huwa ttieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex b’ambulanza.