Aġġornata: Pulizija u uffiċjal ta’ TM jitilfu l-kontroll tal-mutur

Pulizija u uffiċjal ta’ Transport Malta li kienu riekba fuq il-muturi tagħhom tilfu l-kontroll tal-muturi. Kelliem għall-Pulizija kkonferma li l-inċident seħħ għall-ħabta tas-12:45 u l-Pulizija ġiet mgħajjta għall-għajnun fi triq Sa Maison, il-Florjana.

Raġel ta’ 45 sena, residenti l-Isla, għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-mutur u nqaleb. Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittmi l-isptar.

Aktar tard, skont stqarrija tal-Pulizija, ir-raġel ġie ċċertifikat li kien qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.