Pulizija tinvestiga sejba ta’ ecstasy fost il-ħelu ta’ Halloween

Ritratt Amy Dixon

Fl-Ingilterra, il-Pulizija qed jinvestigaw rapporti li xi tfal żgħar ingħataw il-pillola ecstasy waqt iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Halloween.

Amy Dixon qalet li it-tifla tagħha ta’ sentejn u ħames snin ġew lura d-dar f’envelopp li kien fih 10 pilloli suspettużi wara li ħarġu jiġbru l-ġuġu f’Shiremoor f’North Tynside waqt t-trick and treats ta’ Halloween.

Fuq il-mezzi soċjali, Dixon qalet li tinsab ferm dispjaċuta għal dan l-inċident. Il-Pulizija qed tagħmel investigazzjonijiet tagħha biex tistabilixxi jekk il-pilloli kieux jagħmlu ħsara jew le.

Dixon qalet li meta t-tfal waslu lura hi bdiet tiftaħ il-pakketti li kien fihom il-ħelu u sabet pakkett b’10 pilloli roża bl-ittra S migrufa fuqhom.

Hi appellat lill-ġenituri oħra biex ifittxu fost il-ħelu ta’ wliedhom biex ma jkunx hemm min ġralu l-istess.