F’mesaġġ fuq l-media soċjali, l-Pulizija qed tappella għal aktar prudenza waqt is-sewqan minħabba riħ qawwi.
Kif mistenni r-riħ kompla jitqawwa u għalhekk il-Pulizija qiegħda tappella biex is-sewwieqa jieħdu l-prekawzjonijiet meħtieġa biex ikunu evitati inċidenti bla bżonn.
B’mod partikulari, l-Pulizija appellat biex kull min jgħaddi minn Triq il-Marfa ħdejn il-bajja tal-Għadira, isuq b’iktar prudenza minħabba li r-riħ qed itajjar ir-ramel mill-bajja għat-triq.