Pulizija ta’ kontra d-droga jindarab fuq xogħlu

Kuntistabbli tal-Pulizija tal-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga ndarab waqt li lbieraħ kien qed jaqdi dmirijietu. Dan tħabbar fuq il-paġna ta’ Facebook ta’ The Simon Schembri Blue Light Foundation permezz ta’ post.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma l-każ ma’ Newsbook.com.mt fejn spjega li l-kuntistabbli kien qed jaqdi dmirijietu u għal xi raġuni żelaq u weġġa’.

It-teżorier tal-Fondazzjoni, il-Maġġur Nicky Farrugia, żar personalment lill-kuntistabbli u offrielu l-assistenza min-naħa tal-Fondazzjoni. L-għan ewlieni tal-Fondazzjoni, li bdiet propju ftit xhur ilu, huwa li tati s-sapport neċessarju lill-persuni kollha li jaħdmu fis-servizz pubbliku li jweġġgħu waqt li jkunu qed jaqdu dmirijiethom.

Din il-Fondazzjoni bdiet propju wara l-każ tal-kuntistabbli Simon Schembri li kien għamel żmien jissielet għal ħajtu wara li tkaxkar minn karozza misjuqa minn żgħażugħ ta’ 17-il sena li kien ġie mwaqqaf minħabba li ma kienx liebes iċ-ċinturin tas-sigurtà.

Solidarjeta’ shiha ma kuntistabbli tal-Pulizija tal-iskwadra ta’ kontra d-droga li sofra xi griehi waqt il-qadi ta’…

Posted by Simon Schembri Blue Light Foundation on Wednesday, November 14, 2018