Pulizija ppremjati għal xogħolhom

Membri tal-Korp tal-Pulizija ġew ippremjati b’ċertifikati ta’ kommendazzjoni, shield u trofew għall-mod kif bl-imġieba tagħhom, iddistingwew ruħhom waqt il-qadi ta’ dmirijiethom.
Fl-indirizz tiegħu waqt iċ-ċerimonja tal-għoti tal-premji, il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Carmelo Abela saħaq li dan hu eżempju ċar tar-rikonoxximent tal-ħidma bieżla li jwettaq il-Korp tal-Pulizija fis-soċjetà matul is-sena. Appella lill-membri biex iħarsu lejn il-missjoni tagħhom b’ħeġġa, motivazzjoni u kuraġġ, b’mod partikolari meta jiltaqgħu ma’ ostakli u mumenti ta’ diffikultà.
Min-naħa tiegħu, il-Kummissarju tal-Pulizija Michael Cassar tkellem fuq l-importanza li l-membri tal-korp jiġbdu ħabel wieħed. Qal li persuna waħda ma tistax tagħmel ix-xogħol kollu u sostna li dan irid isir bil-kontribut ta’ kull membru tal-korp.

Ritratt: CMRU