Pulizija bil-Covid-19 jitlef mis-sick leave mhux mil-leave tal-kwarantina – POU

Pulizija
Miguela Xuereb

Read in English.

L-Union tal-Uffiċjali tal-Pulizija (POU) qed tgħid li Pulizija li jinstab pożittiv għall-coronavirus u b’hekk ikollu joqgħod fi kwarantina sakemm ifiq, minflok qed jinqaleb fuq il-leave tal-kwarantina, dan il-perjodu qed jinqatalu mis-sick leave.

Il-POU qalet dan permezz ta’ post fuq Facebook. L-union spejgat li din l-informazzjoni kienet ikkonfermata meta tkellmu mal-amministrazzjoni tal-korp. Intant, l-union spjegat li entitajiet oħra tal-gvern jaqilbu lill-impjegati tagħhom fuq il-leave ta’ kwarantina f’każi bħal dan.

Insistiet li ma taqbilx mal-prassi li qed juża l-Korp tal-Pulizija u li dawn għandhom jingħataw l-istess dritt bħal frontliners oħrajn. Irrimarkat li s-sitwazzjoni għandha tiġi indirizzata mill-aktar fiss possibbli.

Il-Police Officers Union infurmata li jekk Pulizija jirrizulta pozittiv ghal Covid 19 dan qed jinqatalu mis-sick leave…

Posted by Police Officers Union on Tuesday, August 25, 2020

Kif tapplika għal-leave tal-kwarantina?

Dawk il-persuni li jkunu marbutin bi kwarantina mandatorja jirċievu ittra mis-Supretendent għas-Saħħa Pubblika. Din għandhom jippreżentawha lil min jimpjegahom biex japplikaw għall-leave tal-kwarantina.