Pulizija pajżana jitolbu d-dokumenti ta’ persuni fit-toroq

Pulizija tal-immigrazzjoni pajżana qed jagħmlu spezzjonijiet ta’ kuljum billi jiċċekjaw id-dokumenti tal-identità ta’ persuni li jkunu ġejjin minn barra mill-Unjoni Ewropea.

Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li dawn l-ispezzjonijiet huma xi ħaġa normali għall-Pulizija tal-immigrazzjoni.

Dalgħodu fi tweet, il-kandidat tal-Partit Nazzjonalista għall-Parlament Ewropew Michael Brigulgio talab lill-Gvern Malti sabiex jikkonferma jekk dawn it-tip ta’ spezzjonijiet humhiex minnhom, u jekk iva fuq liema bażi jiġu magħżula l-persuni li jiġu mistoqsija għal dawn id-dokumenti. Staqsa wkoll jekk din ir-rutina hix permessibbli skont il-liġi ta’ Malta.

Newsbook.com.mt bagħat serje ta’ mistoqsijiet lill-Pulizija.