Pulizija Malti jmut fl-Italja

Credit: Facebook/Simon Schembri Blue Light Foundation

Read in English.

Assoċjazzjoni tal-pulizija, is-Simon Schembri Blue Light Foundation ħabbret fuq Facebook il-mewt ta’ Ryan Tonna, kuntistabbli ta’ 36 sena. Skont rapporti fil-medja, Tonna miet waqt li kien qed jiekol f’restorant, u dawk preżenti tawh l-ewwel għajnuna. Issejħu wkoll membri tas-soċjetà tas-Salib l-Aħmar li kienu faċċata tal-ħanut. Madanakollu l-isforzi biex isalvawh kienu għalxejn.

Is-Simon Schembri Blue Light Foundation ħabbret dan l-aħbar fuq Facebook, fejn iddeskrivetu bħala uffiċjal eżemplari li, bl-istil ta’ ħajja atletika kien ta’ inspirazzjoni għal ħafna li ma jemmnux fihom infushom.

Il-kuntistabbli Tonna kien fl-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga. 

Kelliema għal-Pulizija kkonferma li Tonna miet meta kien qiegħed barra minn Malta.

Another serving Police Officer in a couple of days has left us. Ryan Tonna was an exemplary officer currently serving in…

Posted by Simon Schembri Blue Light Foundation on Sunday, December 15, 2019

Il-kuntistabbli Tonna kien jinsab f’Pisa, l-Italja, fejn ipparteċipa f’maratona tal-ġiri, hekk kif kien iħobb l-atletika. Fuq il-midja soċjali, wara l-maratona Tonna esprima s-sodisfazzjon tiegħu li kien temm l-ewwel nofs maratona tiegħu.

Kienu bosta dawk li esprimew sogħba għall-mewt ħabta u sabta tal-Kuntistabbli Tonna, fosthom il-fondazzjoni Blue Light, il-Malta Police Association, il-Police Officers Union, kif ukoll Evolve Endurance Club.

Bhala Segretarju tal-Police Officers' Union u Amministratur ta' din il-pagna wiehed mid-doveri tieghi huwa li f'isem…

Posted by Police Officers Union on Sunday, December 15, 2019

This post is far from our usual cheers and happy faces. It's a post of sadness. The running community in Malta, is…

Posted by Evolve Endurance Club on Sunday, December 15, 2019

It-tieni xokk f’jumejn. Hallejtna bla kliem kollega u habib, strieh fis-sliem To'na P. Ryn PC 773. 😞

Posted by Malta Police Association on Sunday, December 15, 2019

Din hija t-tieni aħbar ħażina f’jumejn għall-Pulizija, hekk kif il-bieraħ tħabbret il-mewt ta’ Alfred Sciberras, il-pulizija tat-traffiku li kien iħalli t-tfal jitilgħu fuq il-mutur tal-Pulizija.