Aġġornata: Surġent l-isptar wara inċident fil-Marsa

Surġent tal-Pulizja ta' 34 minn Raħal Ġdid sofra ġrieħi ħfief wara li kien involut f'inċident fil-Marsa.
Il-Każ seħħ għall-ħabta tas-2:15pm fi Triq Diċembru Tlettax fil-karreġjata li tagħti lejn il-Blata l-Bajda.
Il-pulizija li kien riekeb il-mutur tal-Korp u li kien wieqaf fit-traffic lights għal xi raġuni intlaqat minn vettura misjuqa minn tfajla ta' 26 minn Ħaż-Żebbuġ.
Fuq il-post minnufih inġabru numru kbir ta' pulizija fosthom mit-taqsima tat-traffiku li spiċċaw jassistu l-kollega tagħhom waqt li oħrajn bdew jidderieġu t-traffiku.
Issejħet ukoll ambulanza li ħadet lil-pulizija l-isptar fejn iktar tard ġie ċċertifikat li sofra biss minn ġrieħi ħfief.