Pulizija l-isptar wara li daħal f’centre strip f’St Andrews

Illum wara nofsinhar pulizija tar-Rapid Intervention Unit ittieħed l-Isptar Mater Dei wara li l-karozza li kien qed isuq daħlet f’centre strip f’St Andrews. Il-karozza tal-pulizija laqtet ukoll vettura oħra. 
Il-pulizija li għandu 48 sena u residenti ż-Żurrieq, ġarrab ġrieħi ħfief. 
Għadu mhux magħruf x’wassal għal dan l-inċident, li kkawża konġestjoni tat-traffiku fl-inħawi.
Il-pulizija qed tinvestiga l-każ. 
Ritratt: Media Police