Pulizija jsalva ferħ ta’ qattus minn magna ta’ karozza

Fuq Facebook qed idur ritratt ta’ membru tal-Korp tal-Pulizija li llum għamel ħidma ta’ salvataġġ xi ftit differenti. Huwa salva ferħ ta’ qattus li spiċċa b’xi mod daħal ġo magna ta’ karozza.

Ir-ritratt ittella’ fuq il-media soċjali mill-paġna Animal Guardians Malta li spjegat li l-ferħ ġie salvat mill-Pulizija li jismu Etienne.

Il-ferħ issa jinsab għall-addozzjoni.

<3 Update – Our Police Kitty has potential Loving Forever Home Adopter …more news tomorrow ! JOIN US on THE 8th June…

Posted by Animal Guardians Malta on Saturday, June 1, 2019