Pulizija jirriżenja wara li nqabad bid-droga

Pulizija li nstab ħati li kien fil-pussess tad-droga kannabis irriżenja minn Pulizija.
Dan hekk kif f’Ġunju, 2016, il-Pulizija li kien stazzjonat fil-Mosta kien inqabad bid-droga f’Għawdex.
Għall-mistoqsija Parlamentari tal-Whip tal-Partit Nazzjonalista David Agius, il-Ministru għall-Intern Carmelo Abela qal li l-pulizija kien għamel stqarrija volontarja mal-Pulizija, fl-liema stqarrija kien ħareġ li kellu l-kannabis.
Spjega li mill-inkjesta maġisterjali rriżulta li l-joint ma kienx fih droga.
Carmelo Abela qal li minkejja li kien imġiegħel jibda l-forced leave, il-pulizija ta’ r-riżenja minn jeddu erbat’ijiem wara.
Spjega li l-pulizija tressaq il-Qorti b’akkużi ta’ pussess tar-raża tal-kannabis u li kien ippermetta li jsir reat waqt li kellu dover li jipprevjeni.
Il-Pulizija kien instab ħati u weħel multa ta’ €200.