Pulizija jintlaqat b’mejda

Il-Pulizija qed tfittex raġel u żgħażugħ wara li Kuntistabbli tal-Pulizija spiċċa aggredit meta flimkien ma’ uffiċjali mill-Korporazzjoni Enemalta wettaq spezzjoni f’ħanut li jinsab Birkirkara.

Jirriżulta li riedet issir spezzjoni biex l-uffiċjali jaraw li fil-ħanut kien hemm kollox konformi mal-liġi meta l-Pulizija intlaqat minn mejda miż-żewġ persuni li kienu qed jieħdu ħsieb il-ħanut.