Filmat: L-ISIS wara l-qtil tal-pulizija f’Pariġi

L-Istat Iżlamiku refa' r-responsabbiltà tal-attakk f'Pariġi f'Champs-Elysèes.
F'dan l-attakk pulizija nqatel u tnejn oħra ndarbu fi sparaturi.
Qed jiġi rrapurtat li karozza waqfet viċin karozza tal-pulizija u minnha ħareġ raġel u fetaħ in-nar fuq il-pulizija.
Rapporti qalu li l-agressur kellu arma awtomatika meqjusa tal-gwerra.
Wieħed mill-agressuri nqatel, madankollu s'issa għadha ma ħarġet l-ebda informazzjoni dwar l-identità tal-aggressuri.
Intant il-Pulizija avżat biex in-nies ma jersqux f'dawk l-inħawi.
Il-President Franċiż Francois Hollande ssejjaħ żewġ laqgħat b'urġenza. 
L-isparaturi seħħew fl-isfond li nhar il-Ħadd li ġej se jsiru l-ewwel elezzjonijiet għall-President.