​Pulizija għassa ma’ 48 residenza privata

Bħalissa l-Pulizija qed tagħmel għassa ma’ 48 fixed point ma’ postijiet fejn ikun hemm bżonn speċifiku ta’ ħarsien jew protezzjoni għal residenti privati.
Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia qal dan fil-Parlament meta kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami.