Aġġornata: Il-kuntistabbli akkużat bi stupru se jitressaq fis-1pm

Pulizija ta’ 27 sena mistenni jitressaq il-Qorti b’rabta ma’ allegat każ ta’ stupru.
Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li l-kuntisabbli qed jiġi akkużat bi stupru u attentat vjolenti għall-pudur u fastidju sesswali fuq uffiċjali oħra.
Fl-aħħar ħin il-Pulizija qalet li l-kuntistabbli se jitressaq il-Qorti fis-1pm quddiem il-Maġistrat Monika Vella.