
Il-Pulizija f’Hong Kong qed jiċċekkja kull passiġġieri għal passaport u biljetti tal-arju qabel jidħlu fil-bini tal-arjuport, bit-tentattiv li jevitaw sitwazzjoni simili tal-ġimgħa l-oħra fejn il-protesti ħolqu sitwazzjoni stressanti fit-toroq u l-istazzjon tal-ferrovija.
Id-demostranti tefgħu debris fuq il-binarji tal-ferrovija u ħamġu subway stations fil-belt il-ġdida Tung Chung.
Tliet xhur ta’ protesti ġabu kaos totali u ipparalizzaw it-territorju, li huwa hub finanzjarju fl-Azja.