Pulizija Franċiżi akkużati li qed jabbużaw minn tfal refuġjati, il-pulizija jiċħdu

L-Għaqda Huma Rights Watch qalet li l-pulizija Franċiża qed tabbuża mir-refuġjati u l-immigranti f’Calais.
F’rapport huma akkużaw lill-awtoritajiet li qed idawru wiċċhom quddiem din ir-realtà u mhux jagħtu kas l-aġir tal-pulizija.
Ir-rapport bl-isem Like Living in Hell, li jinkludi 61 intervista ma’ refuġjati u immigranti, jakkuża lill-pulizija qed jużaw il-pepper sprayfuq in-nies li qed ifittxu l-ażil, inklużi tfal waqt li jkunu reqdin.
Ikomplu jgħidu li l-pulizija kkonfiskaw ukoll l-ikel, l-ilma, sleeping bags, gverti u ħwejjeġ tal-immigranti u r-refuġjati.
Min-naħa tagħhom l-awtoritajiet Franċiżi ċaħdu dawn l-akkużi. Fil-jiem li għaddew il-pulizija keċċiet mal-2,000 refuġjat li kienu qed jorqdu fit-toroq ta’ Pariġi.
Il-President Franċiż Emmanuel Macron kien qal li jrid jirranġa s-sistema għan-nies li qed ifittxu l-ażil biex tkun aktar umana u ġusta.