Pulizija fis-sena jinqabad bid-droga

Uffiċjal tal-Pulizija fis-sena jinqabad jabbuża jew fil-pussess tad-droga.
Il-Ministru għall-Intern Michael Farrugia qal li fl-aħħar għaxar snin, disa’ membri nqabdu fil-pussess ta’ droga u li abbużaw minn sustanzi illeċti. Żied jgħid li erba’ minnhom inqabdu fl-aħħar sentejn.
Tlieta minnhom ġew żvelati fil-midja fil-bidu ta’ din is-sena u wassal lill-Partit Nazzjonalista jgħid li dan juri l-istat ħażin tal-Korp, filwaqt li l-Gvern qal li l-fatt li nqabdu juri s-serjetà. 
Fl-2008 inqabdu erba’ pulizija u ieħor fl-2009.
Dawn id-dettalji ħarġu fil-Parlament għall-mistoqsija tad-deputat Laburista Glenn Bedingfield.