Pulizija f’Dallas teħel 10 snin ħabs wara li qatlet raġel “bi żball”

Former Dallas police officer Amber Guyger arrives at the Frank Crowley Courts Building, where she is charged in the killing of Botham Jean in his own home, in Dallas, Texas, U.S. October 1, 2019. REUTERS/Jeremy Lock

Eks Pulizija f’Dallas, Amber Guyger, intbagħtet 10 snin ħabs mill-ġurija f’Texas wara li nstabet ħatja bi qtil ta’ raġel “bi żball”.  

Il-mara li għandha 31 sena, daħlet fl-appartament ta’ Botham Jean wara li ħasbet li kienet dieħla fl-appartament tagħha. Hi sparatlu waqt li kien qed jiekol il-ġelat.

Il-ġurija waslet għall-verdett tagħha f’inqas minn sitt sigħat fejn sabet lil Guyger ħatja bil qtil ta’ Jean fl-2018. Il-każ qed jiġi mħares ukoll bħala wieħed instigat abbażi ta’ kulur tal-ġilda hekk kif ir-raġel maqtul li kellu biss 26 sena, kien ta’ ġilda skura. Hu kien jaħdem bħala accountant mal-PwC. Il-qtil tiegħu kien wassal għal bosta protesti, partikolarment meta l-prosekuzzjoni bdiet taħseb biex tressaq lil Guyger fuq l-inqas livell gravi f’każ ta’ qtil.

Is-sentenza li l-prosekuturi kienu qed jittamaw li teħel il-mara kienet dik ta’ 28 sena. L-Imħallef Tammy Kemp qalet li l-ġurija ma mponiet l-ebda multa.

L-avukati tal-familja tal-vittma qalu li jemmnu li l-verdett kien l-ewwel wieħed fejn pulizija mara instabet ħatja ta’ qtil taħt l-ewwel grad minn pulizija mara fuq raġel ta’ karnaġġjon skur li ma kienx armat.