Pulizija Eġizzjan maqtul waqt splużjoni ta’ bomba

Pulizija Eġizzjan inqatel il-bieraħ wara li prova jitfi l-miċċa ta’ bomba qrib knisja fil-Lvant tal-Kajr, jumejn biss qabel il-Kristjani Eġizzjani jiċċelebraw il-Milied Koptu.

Il-bomba nstabet ġo wieħed miż-żewġ baskijiet ħdejn il-koppla tal-knisja. Żewġ puliżija u turist weġġħu meta l-bomba ħadet.

S’issa għandu ħadd ma refa’ r-responsabbilita’ ta’ dan l-attakk madanakollu, il-forzi tas-sigurta’ Eġizzjana ilhom snin twal jikkumbattu attakk minn Islamiċi fuq il-Kristjani Koptiċi.

Il-Koptiċi jagħmlu madwar 10 fil-mija tal-popolazzjoni u ilhom snin twal jiġġieldu diskriminazzjoni bil-knejjes tagħhom dejjem mgħassa minn membri tas-sigurta’.