Ritratti: Għadd ta’ nies arrestati b’rabta ma’ droga fil-Marsa

Għadd ta' persuni ġew arrestati fil-Marsa b'rabta ma' droga li kienet lesta għat-traffikar.
Il-Pulizija flimkien mal-iskwadra ta' Kontra d-Droga u l-Ispecial Intervention Unit marru fi Triq ix-Xatt il-Mollijiet u għamlu tfittxija f'bar u fi blokka ta' appartamenti biswit il-bar.
Hemm instab ammont ta' droga għat-traffikar, fosthom sustanzi suspettati sintetiċi, raża u ħaxixa tal-kannabis. Id-drogi kienu ppakkjati, lesti biex jiġu ttraffikati.

Ritratti: Ian Noel Pace