Pulizija b’kunjom Malti jmut f’inċident f’Kalifornja

Pulizija tal-Highway f’Kalifornja, li għandu kunjom Malti, tilef ħajtu f’inċident tat-traffiku lejlet il-Milied.
Andrew Camilleri u l-pulizija li kien miegħu, ntalbu jwaqqfu sewwieq li kien għaddej b’veloċità eċċessiva.
Jidher li dan dawwar il-karozza f’salt biex jaħrab mill-Pulizija u spiċċa biex daħal fil-ġenb tal-vettura tagħhom.
Iż-żewġ pulizija weġġgħu u ddaħħlu l-isptar fejn aktar tard Andrew Camilleri, missier ta’ żewġt itfal, tilef ħajtu.