Pulizija attakkati quddiem Buckingham Palace

Żewġ Pulizija ndarbu minn raġel li allegatament attakkahom b'sikkina quddiem Buckingham Palace.
Il-każ seħħ fit-8.30pm.
Rapporti internazzjonali qed jgħidu li r-raġel ġie arrestat.
Il-Pulizija Metreopolitana ta' Londra qalet li l-pulizija ndarbu waqt l-arrest.
Fil-ħin tal-inċident ir-Reġina ma kinitx fil-Palazz.
Qed jingħad li ngħalaq l-aċċess għal Buckingham Palace.