Pulizija armati se jibda jkollhom kamera fuq il-beritta

L-uffiċjali tal-Pulizija li jkunu armati fl-Ingilterra se jibdew jilbsu kamera fuq l-elmu tagħhom biex ikun hemm aktar trasparenza meta jkun hemm każijiet ta’ sparar tal-Pulizija.
Fi stqarrija l-Pulizija Metropolitana qalet li l-uffiċjali tagħha se jibdew jilbsu kameras apposta mal-brieret u elmu tagħhom bl-għan li f’każ ta’ xi sparaturi jkun hemm provi ċari u dettaljati ta’ x’ikun ġara.
L-użu ta’ dawn il-kameras tħabbar wara ammont kbir ta’ kritika li rċeviet il-Pulizija Metropolitana wara l-qtil ta’ Mark Duggan minn uffiċjali armati f’Awwissu tal-2011.
Riżultat ta’ dan il-qtil fl-Ingilterra kienu saru diversi protesti vjolenti.