Pulizija armati f’ħidma ‘kbira’ fil-Birgu

Għadd ta’ pulizija armati kienu involuti f’ħidma deskritta bħala kbira mill-Pulizija.

Kelliem għall-Pulizija qal lil Newsbook.com.mt li hemm operazzjoni li se tkun qed tieħu fit-tul fil-Birgu. Madanakollu l-kelliem ma kienx f’pożizzjoni biex jgħid x’kien il-każ.

Skont is-sit ONE News ġiet arrestata persuna fuq pussess tad-droga. Is-sit NET News qed jirrapporta li ġiet iċċirkondata karozza u li sar attentat biex karozza issuq għal fuq il-Pulizija. L-istess sit qed jgħid li mhux eskluż li ġew sparati tiri.

Ritratti u filmati ppubblikatu juru għadd ta’ Pulizija armati lebsin ilbies protettiv b’uħud minnhom b’wiċċhom mgħammad.

Kelliem għall-Pulizija qal lil Newsbook.com.mt li aktarx id-dettalji uffiċjali dwar x’ġara joħorġu għada filgħodu.