Pulizija akkużat bi qtil involontarju

Żagħżugħ ta’ 20 sena mill-Qrendi tressaq il-Qorti mixli bil-qtil involotarju ta’ Clive Brincat ta’ 32 sena mill-Floriana.
Il-każ seħħ fl-10 ta’ Jannar tas-sena li għaddiet, meta l-akkużat li huwa Pulizija kien sejjer għax-xogħol fil-5 ta’ filgħodu.
Iż-żagħżugħ jinsab mixli wkoll li saq b’negliġenza u b’veloċità u li wettaq reat li kellu d-dmir li jevita.
Huwa qed iwieġeb mhux ħati tal-akkużi mressqa kontrih. Il-każ se jkompli f’Settembru.