Puidgemont ma jitħalliex jitfa’ n-nomina biex jerġa’ jsir il-President tal-Katalunja

Il-Prim Ministru Spanjol, Mariano Rajoy, talab lill-Qorti Kostituzzjonali ta’ Spanja biex tuża l-poteri tagħha u timblokka n-nominazzjoni mill-ġdid ta’ Carles Puidgemont bħala l-President tar-Reġjun Katalan.
Il-mossa tħabbret mill-Kunsill tal-Ministri, immexxi minn Rajoy, nhar il-Ħamis li għadda sabiex Puidgemont lanqas ikun jista’ jinnomina ruħu.
Ir-relazzjoni diplomatika bejn ir-reġjun Katalan u Spanja marret għall-ħażin mir-referendum reġjonali fil-Katalunja f’Ottubru li għadda, meta minħabba r-riżultat Puidgemont u l-partit tiegħu, Flimkien għall-Katalunja, iddikjaraw l-indipendenza minn Spanja.
Wara xahar ta’ battibekki u anki protesti fit-triq, il-gvern ċentrali attwa Artiklu 155 tal-Kostituzzjoni Spanjola, li kien ifisser li Spanja tieħu l-kontroll dirett tal-Katalunja.
Ma’ dan Puidgemont u 12-il ministru tiegħu tkeċċew mill-Parlament Spanjol u kellhom imorru Brussell minħabba li kienu ġew akkużati b’bosta krimini.
Sadanittant il-PM Spanjol kien sejjaħ għal elezzjonijiet bikrin fir-reġjun Katalan ix-xahar li għadda, bit-tama li jirbaħ partit li ma jridx jinfired minn Spanja, iżda għarralu.
Il-partit ta’ Puidgemont diġà ħabbar li se jiftaħ kawża kriminali kontra l-Kunsill tal-Ministri tal-Gvern Spanjol.
L-Ispiker tal-Parlament Katalan, Roger Torrent, irrimarka li l-parlament laqa’ l-kandidatura ta’ Puidgemint biex jittanta jerġa’ jkun il-president tar-reġjun, u li dan kollox skont il-liġi.
Il-Parlament Katalan imissu jivvota għal president fl-aħħar ta’ dan.