Puel irid lil Mahrez jibqa’ mal-Foxes

Il-kowċ il-ġdid ta’ Leicester City Claude Puel ser jipprova jikkonvinċi lil Riyad Mahrez sabiex jibqa’ mal-Foxes. 
L-internazzjonali Alġerin ilu jissemma’ illi ser jitlaq lit-tim sa mis-sajf illi għadda hekk kif Chelsea u Arsenalippuntaw għajnejhom fuqu.. 
Issa li s-suq tat-trasferimenti ta’ Jannar dalwaqt jiftaħ, iż-żewġ klabbs minn Londra mhux ser jaqtgħu qalbhom u lesti joffrulu kuntratt attraenti. 
Minkejja kollox, il-manager il-ġdid ta’ Leicester lest illi jżomm l-aqwa plejers illi għandu hekk kif ma jixtieqx jiċċaħħad minn Mahrez illi kemm ilu mal-klabb skorja xejn inqas minn 37 gowl.